Saturday, December 21, 2024

L-Awtoritajiet Messikani jikkonfermaw li t-tliet turisti li nstabu mejta ntlaqtu minn tiri

Aqra wkoll

Tliet turisti li nstabu mejta fil-Messiku intlaqtu minn tiri f’rashom u eventwalment wara li dawn tilfu ħajjithom, ġisimhom ġie mormi f’bir. Dan ġie kkonfermat mill-awtoritajiet tal-Messiku, li kkonfermat li l-vittmi huma aħwa Awstraljani Jake u Callum Robinson, ta’ 30 u 33 sena, u Jack Carter Rhoad, ta’ 30 sena.

Midja internazzjonali irrapurtat li huma kienu ġew rrapurtati fis-27 ta’ April waqt li kienu qed jivjaġġaw bil-baħar f’Ensenada. Prosekutur tal-Istat qal li l-qraba tat-tliet irġiel identifikaw lill-vittmi matul il-jum tal-Ħadd, hekk kif dawn ivvjaġġaw lejn il-Messiku biex jassistu lill-awtoritajiet.

Uffiċjali tal-Pulizija kkonfermaw li l-katavri tal-vittmi instabu f’bir fond ta’ erba’ metri u li dan jinsab fil-belt ta’ Santo Tomás. Ingħad ukoll li fil-qrib instabu tined abbandunati u vann abjad maħruq, fost affarijiet oħra.

B’rabta ma’ dan il-każ, ġew arrestati żewġt irġiel u mara fuq suspett ta’ involviment dirett jew indirett fl-attakk. Min-naħa tagħha, l-FBI qalet li kienet qed teżamina l-każ u li kienet f’kuntatt ma’ sħab internazzjonali.

Iż-żona ta’ Ensenada, l-istess żona fejn instabu l-vittmi, tinsab fin-Nofsinhar tal-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Din hija magħrufa sew għal kull min ikun irid jiprattika l-isports tas-surfing u hija meqjusa bħala waħda sigura, tant li ilha tattira ħafna turisti mill-Kalifornja.

Ekonomija

Sport