Saturday, May 4, 2024

L-ebda evidenza li pazjent li jirkupra mill-virus jista’ jilqa’ milli jkun hemm infezzjoni mill-ġdid

Aqra wkoll

L-organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li fil-preżent m’hawn ebda evidenza li turi li persuni li rkupraw mill-Covid-19 għandhom l-immunità biex ma jerġgħux jiġu infettati bil-virus.

Dan fid-dawl ta’ stqarrijiet li dehru jiċċirkolaw u li kienu jgħidu li dawk li jirnexxielhom jegħlbu infezzjoni jistgħu joħolqu bħal sistema ta’ ilqugħ li tattakka l-virus u li tevita li dan jerġgħa jikkawża l-infezzjoni mill-ġdid.

Fir-Renju Unit, l-ittestjar tal-immunità kontra l-virus hija waħda mill-ħames pilastri li l-gvern qed jiffoka fuqhom f’din l-istrateġija tiegħu bil-għan li jegħleb il-virus.

Dan l-ittestjar qed ikun meqjus bħala xi ħaġa kruċjali fir-riċerka u l-iżvilupp tal-vaċċin kif ukoll sabiex tinstab soluzzjoni biex ma jibqax jitwal il-perjodu ta’ lockdown fil-pajjiż.

Sport