Saturday, December 28, 2024

L-ebda indikazzjoni ta’ Foul play fil-mewt tal-istilla tal-pornografija Linn Karter

Aqra wkoll

Mijiet ta’ persuni fl-aħħar sigħat sellmu lil Kagney Linn Karter l-istilla tal-pornografija li għamlet suċċessi kbar fl-Istati Uniti. Hija nstabet mejta fid-dar tagħha stess f’Ohio fl-Istati Uniti fl-età ta’ 36 sena.

Kienet ommha li sabet lil Kagney mejta fil-kamra tagħha u mill-ewwel il-pulizija bdew l-investigazzjonijiet tagħhom. Skont l-ewwel riżultati forensiċi jidher li Kagney mietet b’suwiċidju u ma kien hemm ħadd involut fil-mewt tagħha.

Fost dawk li sellmu l-memorja tagħha kien hemm il-preżentatur Louis Theroux li fl-2012 kien għamel dokumentarju dwarha bit-titlu “Twilight of the Porn Stars”. Hu jiddeskrivi lil Kagney bħala persuna b’qalb tajba ħafna u kienet taħseb ħafna dwar dak li kienet tagħmel. Hu jgħid li miegħu kienet ħafna onesta.

L-attriċi kienet innominata għal diversi premji fid-dinja tal-films għal adulti fosthom fl-2011 meta kienet innominata bħala l-aqwa attriċi mara għal dik is-sena.

Ekonomija

Sport