Sunday, October 27, 2024

“L-edukaturi għandhom iħarsu lejn it-tfal b’imħabba”

- Marco Bonnici, President tal-MUT

Aqra wkoll

“L-edukaturi għandhom iħarsu lejn it-tfal b’imħabba.” Hekk saħaq il-President tal-MUT Marco Bonnici waqt laqgħa ta’ diskussjoni li saret mal-Prim Ministru fil-Mosta F.C. Youth Academy.

Bonnici qal li meta aktar kmieni din is-sena kien qiegħed jindirizza lill-għalliema għadda messaġġ li wieħed għandu jimxi fuqu. Saħaq li kien qal lill-għalliema li għandhom iħobbu lilhom infushom u jekk għandhom nuqqasijiet għandhom isibu l-għajnuna.

It-tieni imħabba għandha tkun lejn il-professjoni f’dan il-każ ta’ għalliema, filwaqt li t-tielet imħabba għandha tkun lejn xulxin b’mod parikolari lejn it-tfal u lejn il-kollegi.

Waqt l-istess diskussjoni Marco Bonnici qal li apprezza l-kumment li għadda l-Prim Ministru Robert Abela dwar il-kwistjoni tal-mcast fejn kien saħaq li l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni għandhom jerġgħu jmorru mal-medja tan-negozjati.

Fil-fatt, Bonnci ħabbar li komplew id-diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Edukazzjoni bit-tama li fil-jiem li ġejjin jintlaħaq ftehim.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport