Saturday, December 28, 2024

L-Enemalta b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni suffiċjenti sabiex tlaħħaq mad-domanda għall-elettriku

Aqra wkoll

Għal raġunijiet ta’ manutenzjoni kien meħtieġ li l-Interconnector bejn Malta u Sqallija jintefa nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju filgħodu. B’mod immedjat beda x-xogħol fuq switchgear li jinsab fl-istazzjon terminali tal-Magħtab.

Kien fis-sitta u tmiem minuti ta’ filgħaxija, waqt l-ittestjar tal-istess switchgear, li skattat is-sistema ta’ protezzjoni tal-Fast Load Shedding. Kien dan li wassal biex kien hemm interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku għaliex konsegwenza numru ta’ magni tal-ġenerazzjoni ġewwa Delimara ttrippjaw.

Wara ftit din is-sitwazzjoni ġiet stabbilizzata u l-provvista tal-elettriku ngħatat lura kompletament sas-sebgħa u sitt u għoxrin minuta. Ix-xogħol fuq is-switchgear tal-Interconnector tkompla u tlesta l-għada t-Tnejn matul il-ġurnata.

L-Enemalta kellha u għandha kapaċità ta’ ġenerazzjoni suffiċjenti sabiex tlaħħaq mad-domanda għall-elettriku.

Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritilha mid-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.

Ekonomija

Sport