Saturday, December 21, 2024

L-Għaqda tan-Nar Marija Bambina tal-Mellieħa tikkonferma li l-persuna li weġġa’ minħabba xi murtali jinsab fi stat tajjeb

Aqra wkoll

L-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Mellieħa ikkonfermat li lbieraħ waqt il-kaxxa tal-ħruġ kien hemm inċident u persuna li kien viċin il-post tal-ħruq, li sofra xi ħruq f’partijiet minn ġismu.

Dan qalitu waqt li stqarret li l-persuna qiegħed fi stat tajjeb ta’ saħħa u jinsab rikoverat l-isptar għall-osservazzjoni.

L-istess għaqda rringrazzjat lill-poplu Mellieħi tas-sapport li ta u li qed jagħti f’dan il-mument. Hija rringrazzjat ukoll lil Marija Bambina talli kienet magħhom biex ġie evitat inċident li seta’ kellu konsegwenzi iktar gravi.

Temmet il-messaġġ billi rringrazzjat lil kulħadd u awgurat il-fejqan ta’ malajr lill-persuna konċernata.

Ekonomija

Sport