Saturday, December 21, 2024

“L-għażla hija bejn min jiddefendi l-ambjent u min irid aktar armi”

- Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

Aqra wkoll

“L-għażla hija bejn min jiddefendi l-ambjent u jrid arja aħjar għaċ-ċittadini Ewropew u min irid aktar armi, u kif se jinvestu f’aktar armi.” Dan kien il-messaġġ ewlieni tad-Deputat Prim Ministru Dr Chris Fearne waqt li kien qiegħed jindirizza l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Dr Fearne qal li l-għażla fit-8 ta’ Ġunju hija waħda ċara bejn kandidati f’isem il-Partit Laburista li se jkunu qegħdin jingħaqdu mas-Soċjalisti Ewropej u dawk tal-Partit Nazzjonalista li jingħaqdu mal-Partit Popolari.

Semma li l-prijoritajiet tal-Partit Soċjalista Ewropew huma dawk kif se jtejjeb il-ħajja tan-nies billi joffri ambjent ferm aħjar u anke jindirizza t-tibdil fil-klima. Dan filwaqt li l-Partit Popolari Ewropew jaraw minn fejn se jġibu aktar armi u jibgħatu aktar suldati jiġġieldu.

Waqt id-diskors tiegħu semma diversi miżuri li daħħal Gvern Laburista fosthom it-titjieb fis-servizzi soċjali. Semma wkoll miżuri fid-drittijiet ċivili li komplew itejbu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.

Ekonomija

Sport