Sunday, November 24, 2024

L-infiq globali fuq l-armi nukleari żdied bi 13% matul l-2023

Aqra wkoll

L-infiq globali fuq l-armi nukleari huwa stmat li żdied bi 13%, jiġifieri jammonta għal $91.4. biljun matul l-2023. Dan ħareġ minn riċerka illi saret mill-grupp ta’ tal-Kampanja Internazzjonali fi ħdan l-armi nukleari, magħrufa bħala Ican.

Jidher li meta kkumparat mas-sena ta’ qabel, jiġifieri tal-2022, l-infiq żdied b’$10.7 biljun. L-istess riċerka sabet ukoll li dan l-infiq globali, żdied partikolarment fl-Istati Uniti, fi żmien ta’ inċertezza ġeopolitika kkawżata mill-invażjoni ta’ bejn ir-Russja u l-Ukrajna u l-gwerra ta’ bejn l-iżrael u l-Hamas.

Iċ-Ċina kklassifikat t-tieni, fir-rigward ta’ nefqa fl-armi nukleari, hekk kif nefqu mal-$11.9 biljun, bl-iktar pajjiż li nefaq kien dak ta’ Beijing b’total ta’ il-$51.5 -il biljun. Ir-Russja kienet t-tielet l-akbar b’nefqa ta’ $8.3 biljun, segwit mir-Renju Unit b’$8.1biljun u Franza b’$6.1 biljun

Matul l-aħħar ħames snin, minn meta l-Ican bdiet tagħmel bosta riċerki, l-infiq fuq l-armi nukleari żdied b’34%, jew bi $23.2 biljun. L-infiq mill-Istati Uniti żdied b’45% matul iż-żmien u bi 43% fir-Renju Unit.

Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, irrefera ripetutament għall-armament nukleari ta’ pajjiżu biex iwissi lill-punent dwar intervent militari dirett fl-Ukrajna.

Sport