Wednesday, July 24, 2024

L-inflazzjoni tonqos għal 1.6% f’April

Aqra wkoll

Ċifri tal-Ufiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li f’April li għadda r-rata annwali tal-inflazzjoni skont skont l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) kienet taʼ 1.6%; tnaqqis mir-rata taʼ 1.9% irreġistrata fix-xahar taʼ qabel.

Ir-rata medja annwali fuq 12-il xahar għal April 2024 kienet taʼ 3.6%.

L-ogħla impatt pożittiv fuq ir-rata annwali tal-inflazzjoni kien imkejjel fl-Indiċi tal-Ikel(+0.96 punti perċentwali), waqt l-ogħla impatt negattiv ġie rreġistrat fl-Indiċi tat-Trasport u l-Komunikazzjoni (-0.75 punti perċentwali).

Ekonomija

Sport