Wednesday, July 24, 2024

Mara tingħata kumpens ta’ €4,356 wara li ttajret waqt li kienet qed taqsam minn fuq zebra-crossing

Aqra wkoll

Il-Qorti ordnat li mara tingħata kumpens ta’ €4,356 wara li f’Diċembru tal-2019 ttajret minn karozza waqt li kienet qed taqsam minn fuq zebra-crossing f’Raħal Ġdid

Janet Leslie Kitcher, ta’ 73 sena, fetħet il-kawża kontra Mary Caruana fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fejn żammitha responsabbli għall-ġrieħi li sofriet waqt li kienet qed taqsam fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid.

Fix-xhieda tagħha fil-Qorti, l-anzjan qalet li kienet qed taqsam iz-zebra crossing ma’ żewġha meta Caruana laqtithom u li d-dawl oranġjo taz-zebra crossing ma kienx qed jaħdem.

Min-naħa tiegħu, l-Imħallef Toni Abela spjega li għalkemm hu vera li d-dawl oranġjo taz-zebra-crossing ma kienx qed jaħdem, l-vittma qasmet miz-zebra-crossing flimkien ma’ żewġha filgħodu.

L-Imħallef Abela kkonkluda li l-akkużata naqset li żżomm l-attenzjoni meħtieġa mis-sewwieqa. Huwa għalhekk li Caruana nżammet żammha responsabbli tal-inċident fejn meta ġiex biex jagħti l-kumpens, l-Imħallef qies li l-vittma sofriet diżabilità permanenti ta’ 8 fil-mija.

Ekonomija

Sport