Sunday, November 24, 2024

L-inflazzjoni tonqos għal 2.2% f’Ġunju li għadda

Aqra wkoll

F’Ġunju li għadda r-rata tal-Inflazzjoni naqset għal 2.2% u dan meta f’Ġunju tas-sena li għaddiet ir-rata tal-inflazzjoni kif kienet imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur kienet ta’ 6.2%.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fir-rapport tiegħu qal li l-prezzijiet imxew f’direzzjoni opposta filwaqt li saħaq li l-prezzijiet ogħla fir-restornati kkontribwixxew għar-rata tal-inflazzjoni.

Min-naħa l-oħra prezzijiet oħrajn fosthom għas-servizzi tal-mobile u taż-żraben kellhom effetti biex żammew l-inflazzjoni baxxa f’pajjiżna.

Intant il-Eurostat tirraport li l-inflazzjoni f’Malta kienet ukoll 0.4% taħt il-medja Ewropea ta’ 2.6%.

Sport