Wednesday, July 24, 2024

L-inflazzjoni tonqos għal 3% fi Frar

Aqra wkoll

Ċifri tal-Ufiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li fi Frar li għadda r-rata annwali tal-inflazzjoni skont skont l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) kienet taʼ 3.0%; tnaqqis mir-rata taʼ 3.7% irreġistrata fix-xahar taʼ qabel.

Ir-rata medja annwali fuq 12-il xahar għal Frar 2024 kienet taʼ 5.0%.

L-ogħla impatt pożittiv fuq ir-rata annwali tal-inflazzjoni kien imkejjel fl-Indiċi tal-Ikel u x-Xorb mhux Alkoħoliku (+1.22 punti perċentwali), waqt l-ogħla impatt negattiv ġie rreġistrat fl-Indiċi tal-Komunikazzjoni (-0.39 punti perċentwali).

Ekonomija

Sport