Ir-raġel li tiċef ħajtu f’Tas-Sliema huwa l-Inġinier Robert Schembri.
Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu hemm l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA). Schembri kien iservi fil-bord tal-istess awtorità.
Sellmu l-memorja tiegħu wkoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Ian Borg li ddeskrivih bħala mutur wara tmexxija ta’ l-Inginier Azzopardi f’diversi proġetti importanti f’pajjiżna u kif ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni li ddeskrivih ukoll bħala bniedem dedikat u ħabib ta’ bosta.
Aktar qabel: Raġel tilef ħajtu wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 12:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Stella Maris f’Tas-Sliema.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li r-raġel ta’ 64 sena minn Santa Luċija kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fi blokka t’appartamenti meta għal xi raġuni spiċċa waqa’ erba’ sulari fil-bokka tal-lift.
Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanza iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
B’rabta mal-każ ġiet miftuħa inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, l-Awtorità għas-Saħħabu s-Sigurtà fuq ix-Xogħol għadhom għaddejjin.