Friday, October 25, 2024

L-Interdett jinħafer ukoll lill- Lorry Sant

Aqra wkoll

Wara li kien sar magħruf li inħarfer l-Interdett, fejn għall-ewwel kien inħafer lill-Eżekuttiv Laburista bil-gazzetti Laburisti u anke Lorry Sant jibqgħu bl-Interdett, proprju fil-25 ta’ Settembru Lorry Sant jiġi mgħarraf b’ittra bl-idejn li l-Interdett kien maħfur. L-aħbar ġiet imxandra l-għada.

Kien ingħad  li “fl-4.15 ta’ wara nofsinhar, Lorry Sant M.P, ġie mgħarraf permezz ta’ ittra imwassla bl-idejn permezz tal-Kappillan ta’ Raħal Ġdid, ir-Rev Dun Adolf Agius, li l-Interedett li kien ingħatalu  fid-9 ta’ Apri,1960 issa inħafirlu.  L-ittra li ġġib il-firma tal-Kanċillier Mons L. Mifsud tgħid li “ fl-okkażjoni tal-Jum tal-Indipendenza ta’ Malta,  l-Arċisqof għoġbu jaħfirlek il-piena tal-interdett li ġie mogħti lilek fid-9 ta’ April 1960.”

Lorry Sant kien ingħata l-interdett wara li kienu dehru xi kummenti dwar il-pastorali tar-Randan fil-ħarġa ‘The Struggle’ li kienet l-organu ta’ l-Għaqda Żgħażagħ Laburisti u li tagħha Lorry Sant kien editur. Din il-piena kienet ilha fuq Lorry Sant għal erba’ snin u ħames xhur.  Il-maħfra lil Lorry Sant waslet jumejn wara li l-Arċisqof ħabbar it-tneħħija tal-piena ta’ l-Interdett minn fuq l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista. 

Sport