Friday, May 3, 2024

L-Iran b’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-faċilità nukleari ta’ Fordo

Aqra wkoll

L-Iran jinsab għaddej b’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-faċilità nukleari ta’ Fordo. Dan jirriżulta minn ritratti satellitari miksubin mill-aġenzija tal-aħbarijiet Associated Press. Dan l-iżvilupp irriżulta hekk kif il-mexxejja tal-pajjiż qed jisħqu li lesti li jonoraw id-dmirijiet tagħhom taħt il-ftehim nukleari jekk l-amministrazzjoni l-ġdida Amerikana tonora l-parti tagħha wkoll.

Il-kostruzzjoni l-ġdida nbdiet fl-aħħar jiem tal-amministrazzjoni ta’ Donald Trump, li fl-2018 b’mod unilaterali rtirat minn ftehim nukleari u reġgħet imponiet sanzjonijiet ħorox fil-konfornt tal-Iran bħala parti minn kampanja ta’ pressjoni li kellha l-għan li twassal għal ftehim nukleari aktar iebes.

Intant Tehran baqa’ jiċħad li l-għan tiegħu huwa li jibni armi nukleari u qed jinsisti li l-programm nukleari għandu għanijiet paċifiċi.

Sport