Thursday, October 10, 2024

L-Iran jispara żewġ missili li jaqgħu viċin vapur tal-merkanzija u aircraft carrier Amerikan

Aqra wkoll

Ilbieraħ l-Iran spara żewġ missili ta’ portata kbira li niżlu fil-baħar 20 mil minn vapur tal-merkanzija u mitt mil mill-aircraft carrier Amerikan USS Nimitz. Dan kien ikkonfermat mill-aġenzija tal-aħbarijiet Libaniża Mazdar News u mill-istazzjona tal-aħbarijiet Amerikan Fox News.

L-inċident seħħ fl-ibħra tal-Oċean Indjan, hekk kif qed tkompli tikber it-tensjoni bejn l-Iran u l-Istati Uniti. Il-marittima Amerikana qalet li d-distanza ta’ mitt mil mill-aircraft carrier Amerikan għall-post fejn waqgħu l-missili mhuwiex lok ta’ tħassib għalihom, madankollu d-distanza ta’ 20 mil mill-vapur tal-merkanzija huwa ta’ allarm. Madankollu, il-marittima Amerikana qalet li mhix qed tqis l-isparar taż-żewġ missili bħala theddida diretta lejhom.

Is-sit BulgarianMilitary.com qal li Tehran kien ħabbar diversi eżerċizzji militari madwar il-pajjiż kollu sa mill-bidu tas-sena. F’wieħed minn dawn l-eżerċizzji, l-Iran jidher li kien qed jitħarreġ attakk fuq l-aircraft carrier Amerikan USS Nimitz. Is-sit żied jgħid li sparar ta’ missili ta’ din ix-xorta huma tipiċi mill-militar Iranjan.

Sport