Thursday, December 26, 2024

L-Ispeaker elett President tal-Kumitat għall-Promozzjoni tar-Rispett għal-Liġi Umanitarja tal-IPU

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia ġie elett President tal-Kumitat għall-Promozzjoni tar-Rispett għal-Liġi Umanitarja Internazzjonali tal-Unjoni Inter-Parlamentari (IPU).

Il-Kumitat għandu l-għan li jippromwovi l-prinċipji u r-regoli tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali, li jfittex li jillimita l-effetti tal-kunflitt armat għal raġunijiet umanitarji. 

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, l-Ispeaker Farrugia stqarr li kien ta’ unur għalih li se jmexxi dan il-Kumitat u huwa kommess li jsaħħaħ il-valuri komuni tal-umanità, id-dinjità u r-rispett lejn il-liġi internazzjonali. 

Huwa kompla jgħid li l-Liġi Internazzjonali Umanitarja hi kruċjali fis-salvagwardji tad-drittijiet tal-bniedem waqt il-kunflitti u l-isforzi kollettivi ta’ dan il-Kumitat jistgħu jagħmlu differenza sinifikanti fil-protezzjoni ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli.

L-Ispeaker Farrugia bħalissa qiegħed imexxi delegazzjoni parlamentari li qed tipparteċipa fil-149 Assemblea tal-IPU li hi komposta mill-Membri Parlamentari Davina Sammut Hili u Ivan Castillo, assistiti minn Ian Bajada. 

Ekonomija

Sport