Friday, April 26, 2024

L-Italja bl-inqas rata ta’ mwiet mid-19 ta’ Marzu

Aqra wkoll

In-numru tal-imwiet kaġun tal-Covid-19 fl-Italja żdiedu b’431 każ illum, tnaqqis sinjifikanti mis-619-il fatalità li kienu reġsitrati matul il-jum tal-bieraħ.

L-431 każ tal-lum huma l-inqas li ġew reġistrati mill-Italja mid-19 ta’ Marzu li għadda.

Intant f’konferenza tal-aħbarijiet l-Aġenzija Taljana tal-Protezzjoni Ċivili kkonfermat li mill-21 ta’ Frar li għadda n-numru kumplessiv ta’ vittmi issa jammonta għal 19,889, it-tieni l-aktar fid-dinja wara l-Istati Uniti.

Intant in-numru ta’ każi uffiċjali ta’ persuni infettati bil-coronavirus tela’ għal 156,363, it-tielet l-aktar fid-dinja wara l-Istati Uniti u Spanja.

L-Aġenzija tal-Protezzjoni Ċivili qalet ukoll li intant kien hemm 3,343 persuna li kienu għadhom fit-taqsima tal-kura intensiva. Minn dawk oriġinarjament infettati, 34,211 persuna kienu dikjarati bħala li rkupraw.

Sport