Thursday, April 18, 2024

L-Italja għadha verament biċ-ċans li tikkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2022?

Aqra wkoll

L-ex membru tal-kumitat tal-CONI, Franco Chimenti, qed isostni li l-Italja għad għandha ċ-ċans li tikkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja minħabba l-fatt li l-Ekwador ġew sospiżi. 

Huwa qal: “Iċ-ċans tal-Italja huwa ħafna aktar milli jaħsbu n-nies.”

Ta’ min isemmi li t-Taljani ġew eliminiati meta fis-semi-finali tal-play-offs tilfu kontra l-Maċendonja bl-iskor ta’ 1-0. 

“L-Ekwador ġew sospiżi minħabba l-fatt li għamlu użu minn player ineliġibbli. 

“Għaldaqstant, pajjiż ieħor se jieħu l-post tal-istess Ekwador. Ir-regoli tal-FIFA jistipulaw li meta jiġri hekk, dak il-pajjiż li jkollu l-ogħla rankings ikun hu li jitħalla jieħu sehem. F’dan il-każ huma l-Italja.”

Dan kollu seħħ meta l-FA Ċilena ġibdet l-attenzjoni lill-FIFA li l-Ekwadorjani ffalisifikaw dokument tal-player Byron Castillo.

Ekonomija

Sport