Wednesday, November 20, 2024

L-MFA b’komunikat b’referenza għal stqarrija minn Hibernians

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tagħmel referenza għal stqarrija maħruġa aktar kmieni, il-Ħamis, minn Hibernians FC b’rabta mad-deċiżjoni tal-Bord tal-Protesti tal-1 ta’ Frar 2024.

Id-dokumentazzjoni kollha marbuta mat-trasferiment tal-player in kwistjoni minn Floriana lejn Calcio Foggia 1920 f’Jannar 2023, li kienet tindika li l-player ma kellu l-ebda sospensjoni pendenti, intbagħtet liż-żewġ partijiet fil-protest ġimgħa qabel is-smigħ, jiġifieri fil-25 ta’ Jannar 2024.

Barra minn hekk, il-klabb kien fil-libertà li jtella’ xhieda anki mill-amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni waqt is-smigħ, kif inizjalment kien indika li kien bi ħsiebu jagħmel.

Għaldaqstant, huwa skorrett li tingħata l-impressjoni li ma kienx hemm ‘disclosure’ sħiħa taċ-ċirkostanzi tal-każ min-naħa tal-Assoċjazzjoni.

Pjuttost, il-verifika tal-fatti kif ġraw hija xhieda tal-indipendenza tal-Bord mill-istess amministrazzjoni.

Abbażi tal-Artiklu 64(13) tal-Istatut, id-deċiżjonijiet kollha tal-Bord tal-Protesti huma finali u jorbtu lill-partijiet kollha kkonċernati u b’hekk l-Assoċjazzjoni mhux se tkun qed tikkummenta aktar fuq il-każ.

Sport