Monday, November 18, 2024

L-OHSA tappella għall-attenzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol minħabba l-maltemp

Aqra wkoll

Fid-dawl ta’ tbassir ta’ maltemp fuq il-gżejjer Maltin fis-sigħat li ġejjin, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), appella lil min iħaddem kif ukoll lill-ħaddiema sabiex jaġġornaw ruħhom dwar ir-riskji u l-perikli assoċjati ma’ dawn il-kundizzjonijiet tat-temp sabiex jiġu skansati problemi ta’ saħħa u inċidenti li saħansitra jista’ jkollhom konsegwenzi serja. 

F’siti ta’ kostruzzjoni, l-OHSA rrakkomandat lis-sidien ta’ siti ta’ kostruzzjoni jew xogħlijiet oħra, sabiex jiżguraw li scaffoldings, pontijiet, galleriji, aperturi u xbieki ma’ faċċati jkunu siguri fost oħrajn, filwaqt li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha skont il-liġi biex titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kollha. 

Dawn jgħoddu wkoll għal xogħlijiet oħra inkluż it-trasport, xogħol fil-għoli u xogħol fuq barra, fost oħrajn. Dawn il-miżuri jinsabu miġbura f’dokument li għandu jservi bħala gwida b’informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tar-riskji, x’għandu jsir f’każ ta’ xita qawwija jew silġ, x’għandu jsir f’każ ta’ riħ qawwi, kif ukoll dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu wara li tkun għaddiet it-twissija ta’ riħ jew xita qawwija, jinsabu fil-gwida “Miżuri ta’ Saħħa u Sigurtà waqt Kundizzjonijiet Ħżiena tat-Temp”.

Ekonomija

Sport