Wednesday, January 29, 2025

L-Orizzont iwieġeb għal kummenti ta’ Caroline Muscat

Aqra wkoll

Wara kummenti li għamlet fuq Facebook Caroline Muscat, ko-fundatriċi u editur ta’ The Shift News, b’rabta mal-parteċipazzjoni tal-ġurnal L-Orizzont nhar il-Ħadd li għadda f’intervista mal-Prim Ministru li fiha pparteċipaw ukoll ġurnalisti minn The Malta Daily u Lovin Malta, l-Editur tal-Orizzont iddikjara li fil-kitba tagħha, is-Sinjura Muscat allegat li L-Orizzont mhix indipendenti u li fuq kollox il-ġurnal jifforma parti mill-gvern u l-partit tiegħu.

L-Editur jgħid li: “huwa inkwetanti li ġurnalista tirrikorri għal dikjarazzjonijiet u allegazzjonijiet infondati bħal dawn. Huwa perikoluż ukoll li rappreżentant mill-midja lokali jagħmel allegazzjonijiet serji fuq gazzetta oħra li tirriskja li tfixkel ir-reputazzjoni tagħha. Bħala L-Orizzont nemmnu li l-ġurnalisti għandhom jaħdmu flimkien u jsostnu lil xulxin. Dan il-prinċipju huwa rilevanti aktar minn qatt qabel illum meta l-kmamar tal-aħbarijiet jinsabu taħt pressjoni fuq il-fronti kollha.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport