Monday, December 23, 2024

“L-Ukrajna se tkompli tiġġieled għad-dritt li teżisti”- Andrii Sybiha, Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, Andrii Sybiha, sostna li r-Russja hija l-akbar tħassib tas-sigurtà dinjija f’dawn l-aħħar 200 sena. Sybiha b’ton sod stieden biex “araw l-azzjonijiet tagħhom u mhux kliemhom. Qegħdin jespandu l-gwerra, joqtlu nies ċivili u qegħdin jipprovaw jikkawżaw it-Tielet Gwerra Dinjija… Qegħdin igibu armi mill-Iran u mill-Korea ta’ Fuq u jitfgħu missili fl-Ukrajna. Hemm bżonn li nikkonvinċu lil Moska għal ftehim ta’ paċi ġust”.

Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ukren ħabbar li mhux se jkun hemm kompromess fuq l-art Ukrena. Dan żied li, “meta r-Russja jgħidu paċi dan ifisser il-qtil tal-poplu Ukren. Il-pjan ta’ paċi tagħna huwa li r-Russja titlaq mit-territorju tagħna u titlaqna fil-kwieti. Ir-Russja trid tuża l-forza biex tiddetta. L-Ukrajna trid biss paċi u rispett għal kulħadd”.

Il-Ministru Andrii Sybiha temm jgħid li hemm bżonn ta’ sovranità ġeopolitika tal-Ukrajna u li l-OSCE għandha tiġi bil-formola tal-paċi.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport