Sunday, August 30, 2026
Home Sport La Liga: Real Madrid fil-quċċata b’punti massimi

La Liga: Real Madrid fil-quċċata b’punti massimi

0
58

Real Madrid komplew l-bidu perfett tagħhom fil-Kampjonat Spanjol  b’rebħa komda f’darhom bl-iskor ta’ 4-0 kontra Malaga.

 Jude Bellingham fetaħ l-iskor fid-19-il minuta wara li rebaħ il-ballun u għadda minn tliet difensuri qabel spara xutt fil-baxx għal ġox-xibka.

Seba’ minuti wara, il-goalkeeper ta’ Malaga, Alfonso Herrero, skorja auto-goal waqt li kien qed jipprova jikklerja d-daqqa ta’ ras ta’ Bellingham.

Kylian Mbappe għamilhom 3-0 wara 30 minuta b’volley minn cross ta’ Trent Alexander-Arnold. 

Fit-tieni taqsima, Bellingham laqat il-lasta, qabel Arda Guler skorja r-raba’ goal fil-ħin miżjud.

Issa Real Madrid jinsabu fil-quċċata b’9 punti minn tliet logħbiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here