Barcelona laħqu ftehim ma’ Arsenal biex jiffirmaw lill-attakkant Gabriel Jesus.
Il-Brażiljan ma kienx inkluż fl-ewwel żewġ logħbiet ta’ Arsenal tal-istaġun il-ġdid u kien qed jitħarreġ barra mill-iskwadra ewlenija ta’ Mikel Arteta.
Jesus, li ngħaqad ma’ Arsenal għal £45 miljun fl-2022, tħabat ma’ problemi ta’ forma u injuries u tilef 45 logħba tal-Premier League fl-aħħar żewġ staġuni.
Barcelona mistennija jħallsu madwar €10 miljun flimkien ma’ bonuses, u Jesus se jagħmel it-testijiet mediċi fi Spanja nhar it-Tnejn.
Huwa aċċetta trasferiment ta’ sentejn wara li tilef postu ma’ Arsenal. Barcelona qed ifittxu attakkant wara t-tluq ta’ Robert Lewandowski u jidher li qatgħu qalbhom minn Julian Alvarez.




