Sunday, August 30, 2026
Home Sport Formula1: L-Ukrajna tressaq ilment wara deċiżjoni li titneħħa l-projbizzjoni fuq il-kompetituri Russi

Formula1: L-Ukrajna tressaq ilment wara deċiżjoni li titneħħa l-projbizzjoni fuq il-kompetituri Russi

0
56

L-Ukrajna ressqet ilment formal lill-kumitat tal-etika tal-FIA wara d-deċiżjoni li titneħħa l-projbizzjoni fuq kompetituri Russi u Belarussi fil-motorsport internazzjonali. 

Il-Federazzjoni Ukrena tal-Karozzi (FAU) talbet investigazzjoni urġenti dwar il-Federazzjoni Russa tal-Karozzi (RAF), li allegatament fetħet uffiċċini f’żoni tal-Ukrajna okkupati mir-Russja, fosthom il-Krimea, Sevastopol u partijiet ta’ Donetsk u Zaporizhzhia. 

Il-FAU tgħid li dan jikser ir-regoli tal-FIA, li jippermettu federazzjoni waħda biss għal kull pajjiż. 

Hija talbet ukoll li dawn l-uffiċini jingħalqu immedjatament u li r-RAF tiġi sanzjonata. 

Il-projbizzjoni kienet ilha fis-seħħ mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here