Chelsea żammew il-bidu perfett tagħhom fl-istaġun il-ġdid tal-Premier League b’rebħa eċċitanti ta’ 4-3 kontra Brighton, fi Stamford Bridge. Din kienet l-ewwel logħba tal-kampjonat għal Chelsea f’darhom taħt il-manager il-ġdid Xabi Alonso.
Romeo Lavia fetaħ l-iskor wara biss erba’ minuti, meta approfitta minn żball tal-goalkeepr, Bart Verbruggen. Għaxar minuti wara, Pedro Neto rdoppja l-vantaġġ wara assist ta’ Morgan Rogers. Fit-32 minuta, Joao Pedro skorja t-tielet goal kontra l-eks klabb tiegħu.
Brighton għamlu reazzjoni u Malick Yalcouye naqqas id-distakk qabel il-mistrieħ. Fit-tieni taqsima, Yalcouye pprovda l-pass għal Pascal Gross, li x-xutt tiegħu ġie devjat minn Joao Pedro biex għamilhaom3-2 fit-63 minuta.

Chelsea reġgħu żiedu l-vantaġġ meta Cole Palmer skorja goal brillanti individwali fit-74 minuta, b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa biex għamel l-iskor 4-2.
Madankollu Brighton komplew jippressaw u Gross skorja t-tielet goal tagħhom fl-aħħar azzjoni tal-logħba.
Peró, Brighton ma rnexxilhomx isibu l-goal tad-draw u Chelsea żammew ir-rebħa u l-bidu perfett tagħhom fil-kampjonat.




