Sunday, August 30, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Hat-trick ta’ Bruno Fernandes tispira lil Man Utd għal...

Premier League Ingliż: Hat-trick ta’ Bruno Fernandes tispira lil Man Utd għal rebħa kbira

0
49

Bruno Fernandes skorja hat-trick biex Manchester United dawru t-telfa f’rebħa komda ta’ 5-2 kontra Ipswich Town. 

Ipswich fetħu l-iskor permezz ta’ Leif Davis (29), iżda United dawru l-logħba wara żball ta’ Marcelino Nunez, li ppermetta lil Matheus Cunha jservi lil Fernandes (40) għall-ewwel goal tiegħu. 

Imbagħad Harry Maguire  kellu x-xutt tiegħu devjat minn Jacob Greaves (56) għal auto-goal sfortunat, qabel ma Fernandes (61) skorja minn penalty wara foul fuq Mateus Cunha. 

Il-captain tal-United kompla bil-hat-trick tiegħu, fit-68 minuta, wara li xuttijiet ta’ Kobbie Mainoo u Bryan Mbeumo ġew imblukkati. 

L-istess Mbeumo (82) skorja l-ħames goal tar-Red Deviles, filwaqt li Chuba Akpom (91) skorja l-goal ta’ konsolazzjoni għal Ipswich.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here