Sunday, November 24, 2024

Li kieku ma ġiex operat minnufih, Chetcuti kien imut qabel

Aqra wkoll

Waqt li tkompla l-ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Hugo Chetcuti, aktar kmieni taw ix-xhieda tagħhom uħud mill-professjonisti li taw l-assistenza tagħhom lill-vittma fejn fost affarijiet oħra ntqal li Chetcuti kien tilef maż-żewġ litri ta’ demm dakinhar tal-każ. 

It-tabib Jonathan Joslin xehed dwar kif sab lil vittma dakinhar li seħħ il-każ. Spjega li Chetcuti kien fi stat ta’ xokk u bi pressjoni baxxa.

Ta x-xhieda tiegħu wkoll Josef Mifsud, li spjega li mill-ewwel testijiet li saru rriżulta li l-intraprenditur kien qiegħed isofri minn emorraġija interna. 

Il-kirurgu Ayman Mostafa xehed ukoll dwar l-intervent immedjat li sar. Spjega dwar il-fatt li li kieku l-vittma ddaħħal fis-CT Scanner, kien jilħaq imut u għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi operat minnufih. Wara li ġie operat huwa kien qaleb għall-aħjar u ġie ċċertifikat f’qagħda stabbli.

Sport