Wednesday, March 27, 2024

“Lill-Kap tal-Oppożizzjoni nfakkru li jekk jagħżel li jmur għall-protesta bil-karozza tal-linja, jista’ jmur b’xejn”

Il-Prim Ministru jitkellem dwar Oppożizzjoni negattiva quddiem pajjiż reżiljenti u stabbli

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jindirizza attività Politika f’Raħal Ġdid il-Prim Ministru tkellem dwar diversi deċiżjonijiet għaqlin li kien kapaċi jieħu gvern Laburista biex pajjiżna seta’ jibqa’ jżomm lin-nies fiċ-ċentru tal-politika tiegħu.

Huwa tkellem dwar divesri okkażjonijiet fejn kellu l-opportunità biex jitkellem dwar dan il-punt fundamentali kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna.

Filwaqt li tkellem fost l-oħrajn dwar l-għajnuniet bla preċedent, tkellem dwar oppożizzjoni negattiva li sa mill-kampanja elettorali ppruvat tbeżża’ lin-nies.

Huwa tkellem dwar l-istabbiltà li rnexxielu jżomm pajjiżna anke fejn jidħlu l-prezzijiet tal-enerġija anke jekk dawn raw żidiet enormi f’pajjiżi ferm ikbar minn pajjiżna. Qal li fid-dawl ta’ dan kollu l-Kap tal-Oppożizzjoni ddeċieda li llum imur jipprotesta.

“Jiena lill-Kap tal-Oppożizzjoni nfakkru li jekk illejla jagħżel li jmur għall-protesta bil-karozza tal-linja, jista’ jmur b’xejn għax mill-bieraħ dan is-servizz ġie b’xejn għal kulħadd”, qal Abela b’nofs ċajta filwaqt li fakkar li minkejja sfidi bla preċedent żamm din il-wegħda ambizzjuża mħabbra fl-aħħar budget.

Ekonomija

Sport