Tuesday, May 14, 2024

Logħob tal-Commonwealth: Il-Kenjana Mary Moraa tirbaħ id-deheb fit-800 metru

Aqra wkoll

Il-Kenjana Mary Moraa għelbet lil Keely Hodgkinson fid-dritta finali biex rebħet il-midalja tad-deheb tat-800m f’Birmingham 2022.

L-Ingliża Hodgkinson, li rebħet il-fidda Olimpika f’Tokjo 2020 is-sena l-oħra u fil-Kampjonati tad-Dinja x-xahar li għadda, illidjat wara l-liwja finali, iżda ma setgħetx iżomm l-isfida ta’ Moraa.

Moraa, li kienet spiċċat it-tielet wara ċ-champion tad-dinja, Athing Mu u Hodgkinson f’Oregon, rebħet fil-ħin ta’ minuta 57.07 sekondi biex kisbet id-deheb.

Hodgkinson temmet f’1:57.40 minuti f’tellieqa li fiha kienet Moraa li stabbiliet r-ritmu bikri fl-ewwel dawra qabel ma kważi waqgħet lura fl-aħħar post eżatt wara l-qanpiena.

Imbagħad mat-300m il-Kenjana bdiet tiela’ ’l quddiem tant li rnexxielha tgħaddi lil Hodgkinson.

L-Iskoċċiża Laura Muir, rebbieħa tal-midalja tal-fidda Olimpika fuq il-1500m, ħadet il-bronż fuq il-linja qabel Natoya Goule tal-Ġamajka.

Jacob Kiplimo tal-Uganda għamilha doppjetta tad- deheb meta żied il-5,000m deheb mat-titlu tal-1,000m li rebaħ nhar it-Tlieta.

L-isforz tal-atleta ta’ 21 sena fid-dritta finali kien wisq għall-koppja Kenjana, Nicholas Kimeli u Jacob Krop, li rebħu l-fidda u d-deheb rispettivament.

Janieve Russell tal-Ġamaj­ka rebħet id-deheb fl-400m hurdles tan-nisa.

Iż-żagħżugħ ta’ 28 sena kienet segwita fuq il-linja tat-tmiem mill-kompatrijotta tagħha, Shiann Salmon, iżda l-Ġamajka ġew imċaħħda minn clean sweep tal-midalji minn Zeney van der Walt tal-Afrika t’Isfel, li bi tmiem stupend ipproduċiet l-aħjar ħin personali tagħha u għelbet lil Rushell Clayton.

Id-deheb fit-tfiegħ tal- hammer tan-nisa mar għand il-Kanadiża, Camryn Rogers, b’tefgħa ta’ 74.08m, bil-fidda tmur għand Julia Ratcliffe ta’ New Zealand b’69.63m u l-bronż għand Jillian Weir tal-Kanada b’67.35m.

Sada Williams tal-Barbados illidjat minn quddiem biex rebħet id-deheb fl-400m fil-ħin rekord tal-logħob ta’ 49.90 sekondi qudiem l-Ingilterra li spiċċaw 2-3.

Victoria Ohurougo, li hija oħt iċ-champion Olimpika u tal-Commonwealth, Christine, ħadet fidda fantastika bl-aqwa ħin personali waqt li l-kollega tagħha, Jodie Williams, ħadet il-bronż.

Żambja rebħu l-ew­wel midalja tad-deheb fil-Lo­għob wara li Muzala Samukonga ġie minn imkien fl-aħħar 100m biex rebaħ l-400m fl-aqwa ħin personali.

L-Ingliż Matt Hudson- Smith ħa l-fidda wara li ġie maqbuż fid-dritta finali waqt li l-Barbados kisbu l-ewwel bronż tagħhom permezz ta’ Jonathan Jones.

Tobi Amusan tan-Niġerja żiedet ir-rekord tal-Logħob ma’ dak tad-dinja meta ħadet id-deheb fil-100m hurdles. Hija spiċċat fi 12:30 sekondi waqt li Devynne Charlton tal-Bahamas ħadet il-fidda u Cindy Sember, bronż fantastika.

L-Ingilterra rebħet fil-finali tal-4x100m tal-irġiel biex iddefendew b’suċċess it-titlu li rebħu f’Gold Coast 2018.

Team England ta’ Jona Efoloko, Zharnel Hughes, Nethaneel Mitchell-Blake u Ojie Edoburun rebħu fil-ħin ta’ 38.85 sekondi.

Kienet ġirja dominanti mill-ospiti favoriti, bit-tieni lap qawwija ta’ Hughes tagħtihom vantaġġ li qatt ma dehru qishom ċedew.

Edoburun ssiġilla r-rebħa fuq l-aħħar dawra u żamm lil Trinidad & Tobago li ħadu l-fidda, bil-bronż tmur għand in-Niġerja.

Amusan, friska mir-rebħ tad-deheb tal-100m hurdles aktar kmieni nhar is-Sibt, poġġiet lit-team tal-4×100 metru f’qagħda tajba qabel it-tielet lap qawwija minn Rosemary Chukwuma li tat vantaġġ insuperabbli lit-team.

Sport