Saturday, December 28, 2024

Ma hemmx iktar xhieda x’jitressqu fil-każ tal-qtil involontarju ta’ Jean Paul Sofia

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, kompliet tinstema l-kumpilazzjoni fil-konfront ħames persuni mixlija bil-qtil involontarju ta’ Jean Paul Sofia.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Paul Camilleri u Antonello Magri u d-Difiża mmexxija mill-Avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi, Jacob Magri, Steven Tonna Lowell u Timothy Bartolo ddikjaraw li ma hemmx iktar xhieda x’jitressqu.

Il-ħames akkużati qed iwieġbu mhux ħatja li kkawżaw il-mewt ta’ Sofia li miet ta’ 20 sena fit-3 ta’ Diċembru 2022 wara li ġġarrfet binja li kienet qed tinbena f’Kordin.

L-Avukati Joe Giglio u David Bonello qed jidhru bħala parte civile għall-familja ta’ Sofia.

Ekonomija

Sport