Wednesday, April 24, 2024

“Ma kellix kuraġġ … Kont nistartja l-karozza u nsibu mkaħħal mat-tieqa”

Tiftaħ qalbha dwar każijiet ta’ vjolenza domestika

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli fetħet qalbha dwar episodju li fih hija sfat vittma ta’ vjolenza domestika. Farrugia Portelli qalet li min għadda minn każijiet bħal dawn, bħal bieraħ reġa’ kellu jgħix it-trawma u xhieda ta’ dan huma d-diversi persuni li sabu l-kuraġġ biex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar każijiet simili.

Farrugia Portelli qalet li meta kienet fl-edukazzjoni postsekondarja kellha relazzjoni li spiċċat ħażin. Darba fost l-oħrajn ma’ min kienet toħroġ kien tagħha daqqa f’rasha tant qawwija li waqgħet mal-art u stordiet. Meta marret għall-kura, il-persuna kien mar magħha u hi kienet ġabet l-iskuża li kienet qalgħet daqqa hi u tferraq żewġ persuni waqt ġlieda. Żiedet tgħid li t-tabib dak iż-żmien kien tħasseb u staqsa jekk dan kienx każ ta’ vjolenza domestika għax f’dak il-każ hu kien fid-dmir li jirrapporta. “Dakinhar moħħi kien sfumat u ma kellix il-kuraġġ ngħid x’kien għaddej”, kompliet il-Ministru. 

F’każ separat li l-Ministru qalet li ilu madwar 16-il sena, relazzjoni oħra spiċċat tant tossika li min kien qatt ma ried jaċċetta li konna waqafna uffiċjalment. Żiedet tgħid li xhur kienet toħroġ mix-xogħol, tistartja l-karozza u ssibu mkaħħal mal-ħġieġa. 

“Dakinhar, għad li fraġli fiżikament, sibt il-kuraġġ li nagħmel rapport l-għassa fuq sewkenza ta’ affarijiet li ġraw. Il-pulizija mara li semgħet il-każ fl-għassa tad-distrett qaltli dan każ li diffiċli mmexxuh. Fakkartha li każijiet bħal dawn huma ex ufficcio. U minn hemm bdiet mixja tal-qrati”, tenniet il-Ministru.

Sport