Saturday, May 4, 2024

Magħrufa n-nominazzjonijiet tal-Ballon D’Or 2021

Aqra wkoll

Jorginho ta’ Chelsea, Lionel Messi ta’ Paris St-Germain u Robert Lewandowski ta’ Bayern Munich jinsabu fil-lista mqassra għall-premju Ballon d’Or 2021.

Fl-2019 Messi kien ir-rebbieħ għar-rekord ta’ s-sitt darbiet.

L-attakkant rebaħ l-ewwel titlu internazzjonali maġġur meta għen lill-Arġentina tirbaħ il- Copa America fis-sajf li għadda.

Il-midfielder tal-Italja, Jorginho, għen lil Chelsea jirbħu ċ-Champions League fl-istaġun li għadda qabel ir-rebħ tal-Euro 2020 mal-Italja fis-sajf ukoll.

L-attakkant straordinarju tal-Polonja, Lewandowski, rebaħ iż-Żarbun tad-Deheb Ewropew 2020-21, wara li skorja 41 goal hekk kif Bayern Munich rebħu t-titlu tal-Bundesliga Ġermaniża fl-istaġun li għadda.

Ir-rebbieħ ħames darbiet ta’ Manchester Uni­ted, Cristiano Ronaldo, u Luka Modric ta’ Real Madrid, huma l-uniċi players minbarra Messi li rebħu l-premju mill-2008 u t-tnejn huma nominati.

Hemm 14-il player tal-Premier League fil-lista mqassra ta’ 30 fl-2021 u ħames membri tal-iskwadra rebbieħa tal-Kampjonat Ewropew tal-Italja.

Il-Ballon d’Or, organizzat minn France Football, jingħata kull sena lill-aqwa player tad-dinja.

Il-premju ma ngħatax fl-2020 – għall-ewwel darba mill-1956 – minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Ir-rebbieħ tal-premju jitħabbar fid-29 ta’ Novembru fit-Theatre du Chatelet ta’ Pariġi.

Il-players tal-Ingilterra, Jude Bellingham (Borussia Dortmund), Mason Greenwood (Man United) u Bakayo Saka (Arsenal) huma fost l-10 nominati għall-Kopa Trophy, li hija għall-players taħt il-21 sena.

Il-Yashin Trophy hija għall-aqwa goalkeeper u l-erba’ players mill-Premier League fuq il-lista mqassra ta’ 10 huma Edouard Mendy (Chelsea, Senegal), Ederson (Man City u Brażil), Kasper Schmeichel (Leicester City, Danimarka) u Emiliano Martinez (Aston Villa, Argentina).

Dawk nominati għall-Ballon d’Or huma:

Cesar Azpilicueta (Chelsea, Spanja)

Nicolo Barella (Inter, Italja)

Karim Benzema (Real Madrid, Franza)

Leonardo Bonucci (Juventus, Italja)

Kevin de Bruyne (Man City, Belġju)

Giorgio Chiellini (Juventus, Italja)

Ruben Dias (Man City, Portugall)

Gianluigi Donnarumma (PSG, Italja)

Bruno Fernandes (Man United, Portugall)

Phil Foden (Man City, Ingilterra)

Erling Haaland (B. Dortmund, Norveġja)

Jorginho (Chelsea, Italja)

Harry Kane (Tottenham, Ingilterra)

N’Golo Kante (Chelsea, Franza)

Simon Kjaer (Milan, Danimarka)

Robert Lewandowski (Bayern M., Polonja)

Romelu Lukaku (Chelsea, Belġju)

Riyad Mahrez (Man City, Algerija)

Lautaro Martinez (Inter, Arġentina)

Kylian Mbappe (PSG, Franza)

Lionel Messi (PSG, Arġentina)

Luka Modric (Real Madrid, Kroazja)

Gerard Moreno (Villarreal, Spanja)

Mason Mount (Chelsea, Ingilterra)

Neymar (PSG, Brażil)

Pedri (Barcelona, Spanja)

Cristiano Ronaldo (Man United, Portugall)

Mohamed Salah (Liverpool, Eġittu)

Raheem Sterling (Man City, Ingilterra)

Luis Suarez (Atletico Madrid, Urugwaj)

X’INHU L-BALLON D’OR?

Il-Ballon d’Or ingħata kull sena minn France Football mill-1956, bl-Ingliż Stanley Matthews ikun l-ewwel rebbieħ.

Sal-1995 kien biss għall-players Ewropej, iżda mill-2007 espanda biex isir miftuħ għal kwalun­kwe player fi club Ewropew mill-bqija tad-dinja.

Il-lista ta’ 30 player nominati hija kumpilata mill-istaff editorjali tal-magażin Franċiż, bir-rebbieħ ivvutat minn ġurnalisti minn madwar id-dinja, b’rappreżentant wieħed għal kull pajjiż.

Mill-2010 sal-2015 amalgama mal-premjijet tal-FIFA, iżda mbagħad inqasmu u l-korp governattiv dinji waqqaf il-premjijiet tiegħu stess fl-2016.

Sport