Friday, December 13, 2024

Mal-31,000 student attendew istituzzjonijiet postsekondarji u terzjarji bejn l-2022 u l-2023 

Aqra wkoll

Ir-reġistrazzjonijiet ta’ studenti f’istituzzjonijiet postsekondarji u terzjarji matul is-sena akkademika 2022-2023 żdiedu bʼ9.0 fil-mija fuq is-sena akkademika ta’ qabel, u b’kollox laħqu l-31,234. Dan ħareġ minn statisika li ġiet ippubblikata mill-NSO dwar l-Istudenti f’edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja: 2022-2023

L-istatistika tgħid li l-istudenti postsekondarji rreġistrati fʼsixth forms u fʼistituzzjonijiet postsekondarji oħra ammontaw għal 10,114 matul is-sena akkademika 2022-2023, żieda ta’ 5.2 fil-mija fuq is-sena akkademika taʼ qabe. Din is-sena ta’ referenza rat aktar reġistrazzjonijiet taʼ rġiel milli taʼ nisa fil-livell postsekondarju, bħalma ġara fis-sena akkademija taʼ qabel. 

L-akbar proporzjon ta’ studenti postsekondarji kellhom inqas minn 19-il sena (87.2 fil-mija). L-istudenti barranin irreġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet ammontaw għal 1,472, ekwivalenti għal 14.6 fil-mija tat-total ta’ studenti rreġistrati fil-livell postsekondarju. Il-biċċa l-kbira tal-istudenti postsekondarji kienu rreġistrati fʼistituzzjonijiet immexxija mill-Istat (84.5 fil-mija). Ftit aktar min-nofs l-istudenti kienu rreġistrati fʼkorsijiet jew programmi taʼ xeħta vokazzjonali (54.2 fil-mija).

Is-sehem ta’ studenti ta’ bejn is-16 u s-17-il sena rreġistrati fil-livell postsekondarju kien jammonta għal 77.0 fil-mija tal-popolazzjoni residenti tal-istess età.  Is-sehem tal-popolazzjoni femminili ta’ bejn is-16 u s-17-il sena rreġistrata f’livell postsekondarju kien ogħla mis-sehem tal-irġiel b’6.9 punti perċentwali.

Studenti Terzjarji

L-istudenti rreġistrati fʼkorsijiet ta’ livell terzjarju ammontaw għal 21,120 matul is-sena akkademika 2022-2023, żieda ta’ 11.0 fil-mija meta mqabblin mas-sena akkademika 2021-2022. 

Dehret ukoll żieda fl-għadd sħiħ ta’ istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni terzjarja matul din is-sena akkademika. L-istudenti nisa kienu jagħmlu 58.2 fil-mija tal-istudenti kollha rreġistrati fil-livell terzjarju.

Ekonomija

Sport