Sunday, December 22, 2024

Malta bl-aqwa prospetti ekonomiċi fl-UE

... Il-PN bla kredibilità ekonomika

Aqra wkoll

Is-sena li għaddiet, pajjiżna kellu l-akbar tkabbir ekonomiku. Skont it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea, din is-sena pajjiżna se jerġa’ jkollu l-aqwa tkabbir ekonomiku fl-UE u l-anqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro. Fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, il-Kummissjoni Ewropea kienet tbassar deficit wara ieħor fl-ekonomija ta’ pajjiżna. L-istess Partit Nazzjonalista li llum ħareġ qatta bla ħabel kontra l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija, fjuwils u ikel u li kieku l-Gvern adotta dik l-istrateġija, ir-riperkussjonijiet kienu se jkunu kbar.

L-istabbilita` li qiegħed jagħti l-Gvern Malti fejn jidħlu kontijiet tal-enerġija ħalliet il-frott. F’pajjiżi madwarna, illum qed iħallsu kontijiet 40% għola mill-2013, hawn Malta qed inħallsu prezz 25% orħos.

Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista indirizzata mid-Deputat Alex Muscat u l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fejn sostnew li filwaqt li madwar id-dinja, il-prospetti ekonomiċi qegħdin dejjem imorru għall-agħar, f’pajjiżna l-Gvern mhux biss m’adottax politika ta’ awsterità iżda kiseb l-aqwa riżultati ekonomiċi possibli, aħjar minn dawk prevvisti.

Id-Deputat Alex Muscat emfasizza kif “ir-rapport tal-Kummisjoni Ewropea huwa ċertifikat ieħor tat-tmexxija tajba ta’ din l-amministrazzjoni. L-aqwa fit-tkabbir u bl-aqwa rekord fejn jirrigwardja l-qgħad. Deficit fost l-aktar li qed jonqos u inflazzjoni li nieżla lejn it-2%.”

Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Steve Ellul sostna li, “li kieku pajjiżna mexa kif ried il-Partit Nazzjonalista, li jekk jogħla xi ħaġa barra togħla Malta, l-andament ekonomiku kien ikun għal kollox differenti. U għalhekk fi tmienja ta’ Ġunju għandna bżonn neleġġu politiċi li jemmnu f’din il-politika ekonomika progressiva.”

Huma dawn ir-riżultati ekonomiċi li jista` jkompli jgawdi l-poplu minnhom jekk fit-8 ta’ Ġunju jagħti vot b’saħħtu lill-Gvern Laburista.

Ekonomija

Sport