Monday, May 13, 2024

Malta mal-għaxar pajjiżi mfittxija fuq Google mill-Ingliżi

Aqra wkoll

Il-kumpanija Google fl-aħħar sigħat ħabbret lista ta’ għaxar pajjiżi li ċittadini tar-Renju Unit fittxew dwarhom biex jippjanaw il-vaganzi tagħhom din is-sena.

Malta, ġiet fid-disa’ post tal-aktar għaxar pajiżi mfittxija mill-Ingliżi.

Skont il-kumpanija Google l-aktar pajjiż li fittxew dwaru l-Ingliżi hu l-Greċja filwaqt li l-aktar belt li saret riċerka dwarha kienet dik ta’ Orlando fl-Istati Uniti.

Wara l-Greċja l-aktar pajjiż imfittex dwaru kien hemm Spanja filwaqt li fit-tielet post hemm l-Italja. Il-Portugall u l-Kroazja jinsabu fir-raba’ u l-ħames post rispettivament filwaqt li Ċipru ikklassifika fis-sitt post. It-tmien pajjiż li l-aktar fittxew dwaru l-Ingliżi hu l-Eġittu filwaqt li Malta kklassifikat fid-disa’ post. Wara pajjiżna imbgħad hemm il-Marokk.

Il-kumpanija Google qalet li ħafna mill-persuni li daħlu jfittxu fejn jistgħu jmorru vaganza kitbu isem ta’ pajjiż mill-ewwel filwaqt li oħrajn staqsew fuq Google biex jaraw liema pajjiżi huma l-aktar popolari għal vaganza matul din is-sena.

Sport