It-team nazzjonali tan-Nisa tela’ biex jilgħab fi Grupp C5 tal-UEFA Women’s Nations League tal-2027 li ġej.
It-tlugħ tal-poloz sar nhar it-Tlieta, 3 ta’ Novembru 2026, f’Nyon, l-Iżvizzera.
It-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa se jkun wieħed minn 22 tim li se jikkompetu f’League C, fejn it-timijiet tqassmu f’erba’ gruppi ta’ erba’ timijiet u żewġ gruppi ta’ tliet timijiet. Malta tpoġġiet fl-Ewwel Borma (Pot 1) għat-tlugħ tal-poloz ta’ League C.
It-tim se jkun qed jimmira li jibni fuq ir-riżultati pożittivi riċenti, partikolarment ir-rebħa ta’ 1-0 kontra l-Lussemburgu f’logħba ta’ ħbiberija internazzjonali li ntlagħbet matul it-tieqa internazzjonali ta’ Ottubru. Dan ir-riżultat wassal biex Malta titla’ fid-90 post fl-aħħar Klassifika Dinjija tal-FIFA tan-Nisa.
Fit-tlugħ tal-poloz tat-Tlieta, Malta telgħet fi Grupp C5, flimkien mal-Moldova u Ċipru. Dan iwiegħed sensiela ta’ konfronti interessanti għat-tim immexxi mill-kowċ Manuela Tesse, hekk kif jimmiraw li jiksbu l-promozzjoni lura lejn League B tal-kompetizzjoni.
Il-fażi tal-kampjonat (League Phase) hija skedata li ssir matul l-ewwel tliet twieqi internazzjonali tal-2027, bid-dati eżatti tal-logħbiet jitħabbru fi stadju aktar tard.




