Saturday, August 29, 2026
Home Sport Malta Premier League: Marsaxlokk jagħtu l-ewwel telfa lil Valletta

Malta Premier League: Marsaxlokk jagħtu l-ewwel telfa lil Valletta

0
51
Ritratt: Mark Mangion

Minn: Cristian Muscat

VALLETTA……………. 1

MARSAXLOKK……… 2

Marsaxlokk għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-1, biex filwaqt li huma għadhom bla telfa, ikkundannaw lill-Beltin għall-ewwel telfa.

Kienet partita ferm bilanċjata, bil-Beltin iwettqu reazzjoni mill-aqwa fit-tieni taqsima,  fejn iżda għalkemm ħol­qu numru ta’ okkażjoni­jiet ta’ skor, ma rnexxielhomx isalvaw il-partita.

Din kienet partita speċjali għar-referee Fyodor Zammit hekk kif kiser ir-rekord tal-aktar referee li kkontrolla logħob fl-ogħla diviżjoni b’total ta’ 231, li kien f’idejn Chris Lautier (230).

Marsaxlokk kellhom bidu mill-aqwa meta fil-11-il mi­nuta fetħu l-iskor hekk kif JOSE ULISES ARIAS venven xutt mid-distanza li ħasad għal kollox lill-goalkeeper, Adilson Maringa, bil-ballun jiġi devjat minn Mattias Ellul.

Ir-reazzjoni ta’ Valletta waslet, fit-33 minuta, permezz ta’ xutt ta’ Petar Sekulovic minn barra l-kaxxa li ntemm għoli.

Peró, fl-41 minuta, Marsaxlokk irduppjaw meta l-istess JOSE ULISES ARIAS minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Fis-66 minuta, Valletta resqu viċin li jiksbu d-draw iżda l-goalkeeper ta’ Marsa­xlokk, Christoffer Mafoumbi, ħareġ barra minn posttu biex interċetta lis-sostitut Roko Prsa … u fl-84 minuta, reġgħu resqu qrib meta r-rovexxjata ta’ Diogo Tava­res ġiet imblukkata u mir-rebound Prso kellu t-tentattiv salva minn Mafoumbi.

Iżda minuta wara, ROKO PRSA ma kellux jiġi mċaħħad meta spara fix-xibka mill-viċin.

Iżda x-Xlukkajri żammew sod biex eventwalment ħadu t-tliet punti.

Valletta: Adilson Maringa, Mattias Ellul, Emrin Becakcic (Ignacio Manuel Morello 78), Andrea Zammit (Roko Prsa 56), Jake Azzopardi, Petar Sekulovic (Brandon Paiber 56), Alex De Aguilar Gomes (Bruno Gomes de Oliveira 56), Emmanuel Moise Mbende, Sava Radic, Thaylor Aldama, Keyon Ewurum (Diogo Tavares 70)   – Coach: Thane Micallef

Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat (Weder Soares Silva 90), Jose Ulises Arias (Semir Smajlagic 63), Rasmus Linden (Redon Mihana 63), Jorge Ailton Soares (Lucas Caruana 80), Juan Carlos Corbalan, Joseph Minala, Leandro Aguirre, Domantas Simkus (Matias Nicolas Garcia 63)   – Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Fyodor Zammit

assistenti: Duncan Sultana, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Emanuel Grech

Skorers: J. Ulises Arias 11, 41 (M), R. Prsa 85 (V)

Ammoniti: L. Aguirre, D. Simkus (M), P. Sekulovic, B. Paiber (V)

Player tal-Logħba: Jose Ulises Arias (M)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here