Rumen arrrestat wara li kisser ħġieġa ta’ vettura pparkjata fis-Swieqi

Aqra wkoll

Rumen ta’ 20 sena kien arrestat ftit sigħat wara li wettaq ħsara volontarja fi Triq is-Swieqi, Swieqi.
Ilbieraħ, il-Pulizija rċeviet rapport li kmieni filgħodu għall-ħabta tal-5:30 a.m., persuna li kienet miexja fl-imsemmija triq kissret ħġieġa ta’ vettura li kienet ipparkjata.

Minnufih bdew jiġu analizzati filmati u ġie identifikat il-post fejn kien qed joqgħod, iżda lpersuna kienet diġa telqet mill-propjetà.

Il-pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet u għall-ħabta tal-5:00 .m., ir-raġel ġie arrestat fil-Furjana.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11:45 a.m., quddiem il-Maġistrat Dr. Gabriella Vella LL.D.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport