Monday, January 20, 2025

Malta Ranger Unit tirraporta lil “Mr Sofrito” dwar permessi mill-ERA biex ibiegħ l-ikel mal-Irdum ta’ Ħad-Dingli

Aqra wkoll

Il-Malta Ranger Unit peress ta’ post fuq il-midja soċjali qalet li kienet qiegħda tirraporta lil Sofrito li hu magħruf sew għal biegħ tat-toast tan-9.90 ewro biex jiġi żgurat li għandu permess li jarma u biegħ l-ikel mal-Irdum ta’ Ħad-Dingli.

Ritratti li xxerdu fuq il-midja soċjali, u anke miġbuin mill-Malta Ranger Unit juru ammont kbir ta’ skart morni mal-irdum, li jidher li ġej wara li jkun inxtara t-toast jew ikel ieħor mill-gabbana.

Il-Malta Ranger Unit qiegħda turi t-tħassib tagħha minħabba degradazzjoni ambjentali fiż-żona.

Skont l-istess Ranger, huma kienu diġà wrew it-tħassib tagħhom dwar dak li qiegħed jiġri mal-Irdum ta’ Ħad-Dingli. Qalet li lbieraħ wara li kien hemm ammont kbir ta’ rimi ta’ skart tkellmet mal-ERA u talbietha tinvestiga dak li qiegħed iseħħ f’żona ta’ Natura2000.

Malta Ranger Unit spjegat li biex wieħed jagħmel attività kummerċjali f’sit ta’ Natura2000 jeħtieġ permess mill-ERA. Għaldaqstant, talbet lill-ERA biex tikkonferma jekk kinitx ħarġet il-permess. Kompliet tgħid li l-permess tal-ERA jkun jitlob li wieħed iżomm iż-żona nadifa.

L-istess Ranger qalu li hija tifhem li l-konsumaturi għandhom ikunu responsabbli biex jarmu l-iskart b’mod responsabbli, iżda minħabba li din l-attività kummerċjali mhux qed tkun sorveljata wasslet biex ikun hemm ħafna skart li mhux qiegħed jitnaddaf.

Spjegat lit-tim tagħha ħa ħsieb inaddaf minħabba li dan l-iskart jista’ jkollu impat ħażin fuq il-fawna lokali.

Intant, is-sid tal-gabbana permezz ta’ post fuq TikTok filwaqt li rringrazzja lill-klijenti kollha tiegħu, ħeġġiġhom biex kulħadd iżomm l-ordni l-aktar fejn wieħed jipparkja l-karozza tiegħu biex jieqaf jixtri t-toast li tant sar popolari mal-Maltin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport