Sunday, May 5, 2024

Malta Veterans Association tniedi d-David Cluett Memorial Cup

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Diċembru l-Malta Veterans Association se tkun qed torganizza d-David Cluett Memorial Cup li fiha se jieħdu sehem it-tmien timijiet li jiffurmaw l-assoċjazzjoni.

Aktar dettalji ngħataw dalgħodu mill-president Malcolm Camilleri li qal li bi qbil unanimu ssir din il-kompetizzjoni biex issellem il-memorja tal-eks gowlkiper ta’ Floriana u tat-tim nazzjonali Malti.

Tkellem ukoll it-teżorier Mark Micallef li qal li apparti l-aspett kompetittiv, se jkun hemm ukoll dak filantropiku hekk kif se jinġabru fondi għall-Community Chest Fund. Fil-fatt il-President ta’ Malta Dr George Vella se jkun preżenti għall-ftuh ta’ din il-kompetizzjoni.

Is-segretarju ġenerali Claude Cuschieri qal li dan it-turnament se jibda l-ġimgħa d-dieħla u se jintlagħab fuq bażi knock-out bil-finali ssir nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ.

Sport