Friday, May 17, 2024

Malti jitla’ l-Muntanja Everest u jiġbor ammont ta’ skart

Aqra wkoll

Mark Galea Pace rnexxielu jitla’ l-ogħla muntanja fid-dinja – il-Muntanja Everest – f’livell ta’ 5,364 metru. Apparti li tela’ fejn ftit jirnexxilhom, Galea Pace tela’ hemm biex jgħin fit-tindif tal-istess muntanja.

Fil-fatt fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook sostna li f’dawn il-ħinijiet huma se jkunu qegħdin inaddfu u jiġbru l-iskart li hemm fuq il-Muntanja Everest.

Bil-bandiera ta’ Malta f’idejh, Mark Galea Pace qal li ma jistax jiddeskrivi dak li qed iħoss. “Ilni ħafna noħlom għal dan il-mument u fl-aħħar irnexxieli,” kiteb Galea Pace filwaqt li sostna li dan hu l-aktar mument li hu kburi bih f’ħajtu.

Galea Pace qal li issa wasal il-mument li jibda t-tindif ta’ parti minn din il-muntanja.

Hu ddedika dan il-mument lil martu Ruth u rringrazzja tal-appoġġ li dejjem tagħtih.

Sport