Saturday, May 4, 2024

Man City jirbħu s-Super Cup Ewropea għall-ewwel darba

Man City……………..1 Sevilla…………………1 (5-4 pen.)

Aqra wkoll

Manchester City rebħu s-Super Cup Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja, meta għelbu lil Sevilla bl-iskor ta’ 5-4 wara l-għoti tal-penalties biex b’hekk rebħu l-ewwel unur tal-istaġun.

Kienu Sevilla li fetħu l-iskor permezz ta’ Youssef En Nesyri fil-25 minuta. Iżda Manchester City ma rmewx ix-xugaman, anzi wettqu reazzjoni tajba u ġabu l-iskor indaqs permezz taż-żagħżugħ Cole Palmer fit-63 minuta.

Il-Blues tilfu ċans tad-deheb li jaqilbu l-iskor favurihom, proprju fid-90 minuta meta daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta ta’ Nathan Ake ġiet imdawra f’corner bi bravura mill-goalkeeper ta’ Sevilla, Bono.

Dan sabiex żewġ minuti biss wara, il-captain ta’ Man City, Kyle Walker kellu xutt mid-distanza li għadda ftit għoli.

L-iskor sa tmiem id-90 minuta baqa’ ma nbidilx u din is-sena ma ngħatax ħin barrani u b’hekk il-partita marret għall-għoti tal-penalties.

Għal Man City mill-11-il metro, irnexxielhom isibu x-xibka, Erling Braut Haaland, Julian Alvarez, Mateo Kovacic, Jack Grealish u l-captain Kyle Walker.

Dan filwaqt li għal Sevilla skorjaw Lucas Ocampos, Rafa Mir, il-captain Ivan Rakitic, Gonzalo Montiel iżda falla għalihom Nemanja Gudelj, hekk kif kellu t-tentattiv tiegħu mill-11-il metru jistampa mal-mimduda.

Sport