Manchester United huma lesti li jagħtu lill-coach temporanju ġdid Ralf Rangnick sa £100 miljun biex jonfqu matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Rangnick se jmexxi r-Red Devils għall-bqija tal-istaġun 2021-22 qabel jieħu rwol ta’ konsulenza ta’ sentejn, fejn mistenni jkun involut biex iġib players ġodda fil-club.
Man United jinsabu fiduċjużi li l-Ġermaniż jista’ jdawwar l-istaġun tat-team u lesti li jagħtuh baġit tax-xitwa ta’ £100m.
Id-duo ta’ RB Leipzig Amadou Haidara u Christopher Nkunku huma l-miri ta’ Jannar għar-Red Devils, għalkemm kwalunkwe mossa għal Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund se jkollha tistenna sas-sajf li ġej.
Rangnick huwa wkoll maħsub li lest jesplora l-idea li jiffirma lil Timo Werner mingħand Chelsea, bil-Blues maħsuba li huma miftuħa għall-bejgħ tal-internazzjonali Ġermaniż.
Il-manager interim il-ġdid ta’ Man United mistenni jkun fl-istands għall-konfront tal-Premier League tal-Ħamis kontra Arsenal, b’Michael Carrick jerġa’ jmexxi lit-team mid-dugout.