Manchester United jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-attakkant mill-Istati Uniti u ta’ AC Milan Christian Pulisic. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u ngħaqad mar-Rossoneri fis-sena 2023.
Wara bidu ta’ staġun indifferenti, il-plejer Amerikan beda joqgħod għat-tattiċi tal-kowċ il-ġdid Paulo Fonseca u dan ma ħarabx l-għajnejn attenti tad-diriġenti tar-Red Devils.
Pulisic diġa’ kellu esperjenza jilgħab fl-Ingilterra meta libes il-flokk ta’ Chelsea.