Thursday, April 18, 2024

Manchester City iridu jagħtu kuntratt imtejjeb lil Erling Haaland fi tmiem dan l-istaġun

Aqra wkoll

Manchester City diġà qed jikkunsidraw li jagħtu kuntratt imtejjeb lil Erling Braut Haaland fi tmiem dan l-istaġun.

Haaland mar jilgħab l-Etihad Stadium dan is-sajf, u kellu bidu impressjonanti fejn irreġistra rekord wara l-ieħor fil-club b’14-il goal f’10 dehriet biss fil-kompetizzjonijiet kollha.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kellu l-aktar bidu prolifiku fil-karriera tal-Premier League li qatt sar bi 11-il goal fis-seba’ dehriet tiegħu s’issa mal-Blues, u jinsab fi triqtu biex jikser ir-rekord ta’ 32 goal ta’ Mohamed Salah fi 38 logħba fi staġun.

Ekonomija

Sport