Thursday, September 3, 2026
Home Sport Manchester United iridu jakkwistaw lil Lewis Hall f’Jannar

Manchester United iridu jakkwistaw lil Lewis Hall f’Jannar

0
54

Manchester United ma ffirmaw l-ebda plejer fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti iżda diġà għandhom mira ewlenija għas-suq ta’ Jannar 2027.

Il-manager Michael Carrick saħħaħ il-midfield b’Andrey Santos, Youri Tielemans u Carlos Baleba għal madwar £150 miljun, iżda naqas milli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ difensur xellugi. 

Lewis Hall ta’ Newcastle kien il-mira ewlenija tal-United, peress li jista’ jkun is-sostitut ta’ Luke Shaw, li l-kuntratt tiegħu jintemm fl-2027. 

Newcastle ma ridux ibigħuh u talbu aktar minn £75 miljun biex jikkunsidraw l-offerta. il-United ippruvaw ukoll għal Rayan Ait-Nouri ta’ Manchester City, iżda ġew miċħuda. Alejandro Balde, Jorge Salinas u Ian Maatsen kienu wkoll fost il-miri tagħhom ukoll.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here