Wara s-sejħa għall-offerti li ħareġ il-Ministeru għal Għawdex permezz tal-kumpanija Gozo Channel Operations Ltd. għall-kiri tas-servizz tar-raba’ vapur, aktar kmieni llum għalqet is-sejħa tal-offerti, fejn żewġ offerenti Caronte e Tourist S.p.a u Ragusa Xpress Ltd issottomettew l-offerti tagħhom.
Għaldaqstant, fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin mistenni jibda u jissokta l-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ dawn l-offerti.
Dan il-proċess huwa wieħed temporanju sakemm jinxtraw żewġ vapuri ġodda hekk kif spjegat preċedentament fl-istrateġija għall-futur ta’ dan is-servizz, liema żewġ vapuri jkunu qegħdin jingħaqdu b’mod permanenti mal-flotta.


