Manchester United ikkuntattjaw lill-midfielder ta’ Borussia Monchengladbach, Denis Zakaria biex jiddiskutu ċaqliq potenzjali għal Old Trafford fl-2022.
Il-player ta’ 24 sena reġa’ kien player importanti għall-club Ġermaniż tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja darbtejn u pprovda assist wieħed f’10 dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha.
Madankollu, il-ftehim attwali ta’ Zakaria għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, u jidher probabbli li l-internazzjonali tal-Iżvizzera se jkun qed ifittex club ġdid fi tmiem il-kuntratt tiegħu.
Man United kkuntattjaw lill-midfielder biex jesprimu l-interess tagħhom, bir-Red Devils lesti li jagħtuh bonus mal-firma tiegħu ta’ €12m is-sena d-dieħla.
Madankollu, għadd ta’ clubs oħra, fosthom Juventus, Manchester City u Arsenal, huma wkoll maħsuba li huma ħerqana li jiffirmaw lill-player Żvizzeru malli jiskadi l-ftehim tiegħu f’Monchengladbach.
Zakaria skorja 11-il goal u rreġistra tmien assists f’138 dehra għall-club attwali tiegħu minn meta ngħaqad magħhom mingħand Young Boys f’Lulju 2017.